Trevor Zahra ppropona idea sabiex isalva tradizzjoni Maltija tal-Milied. Din it-tradizzjoni Maltija hi dik fejn lokalitajiet differenti f’Malta u Għawdex jagħmlu purċissjoni bil-Bambin.

“Naħseb tkun idea tajba jekk f’dawk il-bliet u l-irħula fejn m’hemmx iċ-ċentri tas-Soċjetà tal-Mużew, il-Kunsilli Lokali jibdew jieħdu ħsieb jorganizzaw il-purċissjoni bil-Bambin, lejliet il-Milied,” hu kiteb f’post fuq Facebook.

“B’hekk tinżamm ħajja din it-tradizzjoni tabilħaqq Maltija, mibdija minn San Ġorġ Preca preċiżament mitt sena ilu.”

Facebook/Trevor Zahra
bandapeacenaxxar.com


Bernard Xuereb