Timmaġinak għaddej f’nofs ta’ triq u f’daqqa waħda minn imkien joħroġ kast sħiħ ikanta, jiżfen u jirreċta quddiemek waqt li qed tistenna fit-traffic lights? Ifhem mhux idea ħażina, ngħid għalija jien kieku nieħu gost b’xi ħaġa hekk. Aħjar mill toqgħod tiċċassa, tistenna l-ħin jgħaddi għax donnu aktar ma tkun mgħaġġel, l-imberkin traffic lights donnhom iżjed idumu biex jaqilbu!

Will Smith flimkien mal-atturi Naomi Scott u Mena Massoud ħasad bosta nies billi għamel bħala parti mill-promozzjoni tal-film Aladdin waqt The Late Late Show mal-personalità James Corden. Milli jidher din il-promozzjoni flimkien ma’ promozzjoni oħra li għamlu għal dan il-film ħadmet bi kbir għax il-film fl-ewwel tlett ijiem tiegħu kien diġà 80 miljun dollaru!

Ħafna nies faħħru dan il-film u l-fatt li l-kantant Zayn Malik inagħaqad fi dwett ma’ kantanta relativament ġdida Zhavia biex ikantaw il-kanzunetta prinċipali ta’ dan il-film A Whole New World. Il-film żgur qed jiġbed l-immaġinazzjoni tat-tfal, kif ukoll tal-adulti li jerġgħu jgħixu dawk il-mumenti maġiċi ta’ tfulithom.

Instagram / Will Smith


Emil Calleja Bayliss