Dalwaqt wasal! Min Imissu? ħa jkun qed jirritorna fuq l-iskrins tagħna minn Ottubru u ngħiduha kif inhi, ilkoll ninsabu ħerqana biex naraw kif ħa jiżvolġi l-programm ta' din is-sena. Aħna grazzi għat-Take 2 Entertainment kwistajna żewġ filmati biex il-qarrejja tagħna jkollhom tomgħa ta' dak li għandhom jaraw.
Carlos qalilna li: "Awwissu kien l-iktar xahar intensiv ta' din is-sena, imma kuntenti għax qattajtu mal-familja ta' Min Imissu, grupp ta' nies b'talent inkredibbli li issa sirt ma noqgħodx mingħajrhom! L-istress ma naqasx, speċjalment peress li laħħaqna bl-eżatt! Aħna u niffilmjaw is-sigla, żarmajna s-set... issa vera eċitati li jibda ħa naraw in-nies x'se jgħidu!"
"Ilqa' l-isfida jekk int Cowboy!"
Tajjeb li ngħidu li s-sigla għandha toħroġ aktar tard illejla, għal madwar is-18:30, dawk li jixtiequ jarawha jistgħu jagħmlu dan billi jżuru l-paġna ta' Min Imissu?. Milli jidher ħa jkollna ċ-ċans naraw kemm għandna cowboys fil-pajjiż... għax ta' Min Imissu? qed jgħidu "Ilqa' l-isfida jekk int Cowboy!"
Abigail mill-banda tagħha spejgatilna: "Għandna karattri ġodda wkoll dis-sena li ltqajna magħhom waqt l-acting workshops tat-Take2 u kollha kemm huma integraw b'mod perfett mat-tim oriġinali... kull nhar ta' Ġimgha mill-4 t'Ottubru 'l hemm kunu magħna!"
Minn dawk li qalulna u mill-promo li bagħtulna ta' x'qed jiġri wara l-kwinti, jidher li wieħed ħa jkollu xalata mill-aqwa l-ġimgħa filgħaxija b'daħk garantit. Min jaf min ħa jkunu l-mistiedna ta' dawn il-programmi? Insomma, ikun hemm min ikun hemm... it-telespettaturi għandhom jieħdu pjaċir!
Sadanitant tista' ssegwi s-sigla ta' dan il-programm.
Facebook / Min Imissu?