Aħna ta' Gwida.mt kellna ċ-ċans li nitkellmu ma' Angela Coleiro, Angela Coleiro dawn l-aħħar jumejn spiċċat fuq il-mezzi soċjali ta' kulħadd, b'numru ta' artikli dwarha u dwar dak li esperjenzat. Hi tgħidilna li kollox beda minn status li xeħtet online u minn hemm l-affarijiet bdew jimxu b'rata mgħaġġla!

Aħna tkellimna magħha fuq dan, u wkoll kellimnieha dwar il-karriera tagħha ta' xandara. Dan l-aħħar rajnieha fuq il-programm Family Affairs flimkien ma' Eileen Montesin u Christine Haber. Tul l-intervista tiżvelalna xi ħaġa interessanti wkoll, lil hinn minn dak li għaddejja minnu bħalissa l-preżentatriċi.

Frażi li żgur li ġibditilna l-attenzjoni tagħna kienet dik li għalqet biha, li tgħid li minkejja li hi żbukkata, "Jien mibegħda f'qalbi m'għandi lejn ħadd." Fl-intervista tistqarr ukoll li ħaffritilhom lil dawk li għaddew il-kummenti fil-konfront tagħha. Angela aħna tassew nammirawk u j'Alla tibqa' miexja 'l quddiem b'dik id-determinazzjoni!


Emil Calleja Bayliss