Gwida.mt tkellem ma' Rosemarie Abela, d-disinjatriċi tal-libsa tat-tieġ t'Ira Losco. Ira żżewġet lil Sean Gravina fit-30 ta' Novembru, 2019. Kien proprju xahrejn qabel li Ira bdiet tikkuntatja n-nies għat-tieġ tagħha. "Ira ċemplitli xahrejn qabel it-tieġ u qaltli “Ro għandi sorpriża għalik”.

Is-sorpriża t'Ira lil Rosemarie kienet li ser tagħmilha l-libsa tat-tieġ! Probabbli l-aktar libsa tat-tieġ popolari tal-2019. Libsa sempliċi b'dettall interessanti. Rosemarie tistqarr magħna li Ira riedet libsa sempliċi, "Morna għal dan is-satin li hu ddettaljat ħafna fl-għamla tiegħu imma fl-istess ħin ma jleqqx biex ma tispikkax iżżejjed".

Dakinhar tat-tieġ, Ira kienet eċitata immens tant li infaqgħet tibki ma' Rosemarie. Rosemarie dakinhar offriet lil Ira tlibbisha ħalli tkun moħha mistrieħ:

"Il-ġurnata tat-tieġ għad-disgħa u nofs morna għandha, rajna li kulħadd orrajt u ma jonqsu xejn. Libbisna lil bridesmaids, lil ommha Maggie, imbagħad libset Ira. Kellna naqra buttuni x’naqflu, istimjajna l-libsa tat-tieġ eżatt qabel libsitha wkoll u ħareġ kollox tajjeb! Thank God ma nqala xejn dakinhar".

Libsa tat-tieġ sabiħa mingħajr ebda xenxilli, ideali għal artista bravissima bħal Ira. 

Segwi l-intervista li għamel Gwida.mt ma' Ira f'dan il-filmat:

L-intervista ma' Rosemarie tkompli...

Filmat u Muntaġġ: Andrew Borg Carbott

Ritratt tal-libsa t'Ira Losco: Kris Micallef


Anthony Baldacchino