Josuel Grech, li narawh f'tant wirjiet jimita lir-Re tal-mużika Rock, Elvis Presley, se jkun qed jesponi t-talent tiegħu fl-Awstralja.

"B'ferħ kbir inħabbar li se nkun qed nivvjaġġa lejn l-Awstralja f'Jannar li ġej. Kienet minn dejjem ħolma li nagħti wirja u niltaqa' mas-segwaċi u Maltin li jgħixu hemm. Ninsab eċitat ukoll li qed nipparteċipa fil-kompetizzjoni UETA f'Parkes Elvis Festival."

Hu jirringrazzja lil kulħadd tal-appoġġ li qed jirċievi, b'mod speċjali lil Mark Andrew Tabone għall-għajnuna biex dan iseħħ

Facebook/ Josuel Grech


Kyle Zarb