Bħalissa Maria Formosa, il-mara ta' Bjorn, għaddejja b'avventura ġdida fuq it-televiżjoni.
Fil-programm tal-lejla li se jixxandar fit-7.45pm fuq TVM se niltaqgħu mal-istorja ta' Calvin.
Fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu, Bjorn iddeskriva lil Calvin b'dan il-mod:
"Dan Calvin jaħdem magħna. Minħabba l-kundizzjoni newreloġika tiegħu, Calvin ma setax jibqa' jilgħab il-futbol, imma flok qatgħa qalbu, Calvin iddeċieda li jħarreġ tfal għal dan l-isports. Calvin ta' kuljm iqatta' sigħat f'DAR Bjorn Żebbuġ jgħinna fil-ħanut tagħna u bis-saħħa tiegħu jinbiegħu ħafna kotba."
Illejla Maria, fuq Marelli, se tlaqqana ma' dan iż-żgħażugħ li b'determinazzjoni kbira qed jagħti ħafna għajnuna lil DAR Bjorn!
Facebook / Bjorn Formosa