Il-preżentatur Twanny Scerri dalgħodu qasam ħsieb u ringrazzjament fl-istess ħin. Hu kiteb, "Bħal-lum 25 ta' Novembru niftakar aktar mis-soltu fl-Istaff tal-Polyclinic Paola, Cardiac Intensive Unit u CCU tal-Isptar Mater Dei u ngħidilhom grazzi kbira..."

Hu jżid jgħid, "bħal-lum sentejn salvawli ħajti minn attakk tal-qalb qalil. Li qiegħed hawn nagħmel ir-radju llum huwa kollu bis-saħħa tal-Mulej u bis-saħħa tagħhom. Grazzi kbira u kuraġġ lil dawk li għaddew jew għaddejjin minn mumenti ta' qtiegħ il-qalb bħalma għaddejt jien sentejn ilu. Il-ħajja napprezzawha u ngawduha!"

Messaġġ mill-isbaħ li żgur dawk li kellhom bżonn xi tip ta' kura żgur li japprezzaw il-ħidma li ssir ta' kuljum mill-ispeċjalisti, tobba, infermiera u ħaddiema fl-isptarijiet tagħna. Nieħu ċ-ċans sabiex lilhom ilkoll ngħidulhom grazzi.


Emil Calleja Bayliss