Il-Ministru Byron Camilleri u l-maħbuba tiegħu Salome, għandhom memorji sbieħ ta' din id-data tal-lum! Fil-fatt fil-25 ta' Mejju ta' seba' snin ilu milli jidher bdiet tinbet l-ewwel paġna mill-istorja romantika tagħhom!

Byron kiteb, "Bħal-lum 7 snin iltqajna għall-ewwel darba, u għalhekk wara x-xogħol ġejna nnaqqru xi ħaġa. Ma jistax jonqos li ħtafna l-okkażjoni biex naraw x'fadal għat-tieġ. Nittama li niftakar kollox."

Salome wkoll ħallietlu erba' kelmiet sbieħ għall-okkażjoni, fejn semmiet ukoll kemm tinsab ħerqana għal dak il-jum speċjali meta jgħidu iva lil xulxin.

"Min qatt kellu jgħidilna li wara seba’ snin nitwekkew b’xulxin, konna ha nkunu impenjatti norganizzaw it-tieġ (kemmxejn mistenni) biex sa fl-aħħar nagħmlu wegħda li ħa nkunu hemm għal xulxin fit-tajjeb, kif ukoll fil-ħażin, għal tul ħajjitna kollha? Grazzi talli dejjem rajt rispett mingħandek"

Awguri minn qalbna lil Byron u Salome!


Kyle Zarb