Dalwaqt sa tkun qed tasal fi tmiemha s-sena 2024 hekk kif proprju bħal-lum 9 ġimgħat inkunu qiegħdin niċċelebraw is-sena l-ġdida.
Bosta jużaw dan l-avveniment sabiex itejbu ħajjithom billi jwegħdu lilhom infushom li sa jkunu qiegħdin jagħmlu xi riżoluzzjonijiet, anke jekk stess mhux dejjem jirnexxilhom iwettquhom.
Intant, il-bidu ta' sena ġdida hija wkoll opportunità ta' ċelebrazzjoni fejn il-familji u l-ħbieb jingħaqdu għal dan il-bidu ġdid.
Intom ħerqanin għas-sena l-ġdida?