L-attur Brian Farrugia, li ħafna żgur mhux forsi jafuh mis-sensiela satirika popolari ‘Simpatiċi’ fejn kien jagħmel il-parti ta’ Leonard.“Bħal-Lum 54 Sena Ilu Ingħaqdu Fis-Sagrament Taż-Żwieg Ommi U Missieri” kiteb brian, jawgura lil missieru Salvu u ommu Margaret l-isbaħ xewqat f’għeluq l-anniversarju taż-żwieġ tagħhom.

“żewg persuni li emmnu fl-imħabba u għexu ħajja, li jekk xi ħaga tinkiser issewwuha u mhux jarmuha” żied mal-messaġġ l-attur. Huwa għalaq billi irringrazzja lill-ġenituri tiegħu ta’ “kull ma tagħmlu miegħi u mal-familja.”

Facebook / @Brian Farrugia


Nicole Zammit