Is-sindku tal-Mellieħa Dario Vella qasam l-esperjenza tiegħu ta’ meta kien f’xifer il-mewt u wera apprezzament għad-dedikazzjoni tat-tobba, professuri u nfermiera.

Bħal dan il-ħin 7 snin ilu numru ta Professuri, Tobba, Nurses u oħrajn kienu ghaddejin b ħidma ntensiva biex isalvawni minn ħalq il-mewt,” hu kiteb,“illum ghalkemm Dario Vella qed jghix il-ħajja ta kuljum u ghalkemm b' diżabilta ma nistghax ma nirringrazzjax lill-ħaddiema kollha li jaħdmu fl-isptarijiet u fis-settur tas-saħħa. Hafna drabi ma nifhmux l-impenn taghħom u nghidu biss li qed jaghtu servizz, Pero xoghlom imur lil hinn minn hekk.”

“Fi 3 xhur li ghamilt l-isptar ghaddejt minn: 7 operazzjonijiet fejn 2 minnhom kienu ta 8 sighat il-waħda, apparti l-jiem li ghamilt gewwa l-ITU taħt assistenza ta 24 siegha. Ġejt bżonn mas-7 boroz tad-demm.”

“F dan kollhu stajt nara d-dedikazzjoni ta dawk il-ħaddiema kollha. Miniex qed nikteb hekk biex wiħed jitħassarni, pero niddejjaq meta nidħol fil-midja soċjali u nara kritika kontra dawn in-nies. Nifhem li hadd mhu perfett u jkun hemm nuqqasijiet ukoll pero ghandna naprezzaw iktar il-ħidma kontinwa ta dawn in-nies.”

“Mill-qalb Grazzi lil dawk kollha li b tant sagriffiċju u mpenn jaghtu servizz lil pubbliku. Grazzi talli salvajtuli ħajti u stajt nkompli bil-ħajja tieghi ta kuljum.” 

Facebook/Dario Vella


Bernard Xuereb