L-Ex Ministru u MP Evarist Bartolo jaqsam il-ħsibijiet tiegħu dwar is-sitwazzjoni lokali u dak li pajjiżna għaddej minnu, "Kemm tiflah nies Malta? B’516,000 bħalissa nħossuna fgati. Fgati bil-bini. Fgati bil-karozzi."
Hu jżid, "Fis-snin li ġejjin mistennija nkomplu niżdiedu b’eluf u eluf oħra u nilħqu 668,000. Nistgħu nibqgħu sejrin hekk: iżjed bini, iżjed karozzi, bżonn ta’ iżjed skejjel, aktar pressjoni fuq servizz tal-isptar, bżonn ta’ iżjed servizzi tal-ilma, dawl u drenaġġ?"
Hu jkompli jgħid, Inkunu rresponsabbli jekk ma nwieġbux dawn il-mistoqsijiet u nħallu dawn il-problemi għal ta’ warajna. Ta’ warajna diġà twieldu. Mhux ġust inħallulhom dawn il-problemi. Jekk tassew inħobbu lil uliedna u wlied uliedna nħallulhom pajjiż aħjar, mhux pajjiż agħar. Saħħa u sliem."
X'taħsbu dwar dan?
Facebook / Evarist Bartolo