Għal dawk kollha li jħobbu ‘l Disney (u li għandhom xi ftit flus żejda), issa għandkom iċ-ċans li żżuru l-parks kollha ta’ Disney fi vjaġġ wieħed esklussiv ta’ 24 ġurnata, f’pakkett li ġie mniedi mill-kumpanija stess.  

Il-vjaġġ ser jibda f’waħda mir-resorts ta’ Disney ġewwa Anaheim f’Kalifornja u se jdawwar lill-ivvjaġġaturi madwar it-tnax-il park mill-aqwa li hawn fid-dinja, kif ukoll ma’ attrazzjonijiet turistiċi oħra mill-isbaħ bħat-Taj Mahal fl-Indja, it-Torri Eiffel, u l-Piramidi ta’ Ġiża fl-Eġittu.

Il-vjaġġ ser ikun disponibbli għal 75 persuna.  Dan ifisser li l-kumpanija ta’ Disney, minn din l-inizjattiva biss, ser tkun qed iddaħħal ‘il fuq minn 7 miljun ewro.  Madanakollu, żgur li, għal min jaffordjaha, ser tkun esperjenza mill-isbaħ u unika mmens! 

Titħajjar?


Marija Bellia