Il-grupp ambjentali ‘7R Lifestyle Malta’ ta’ spiss jorganizza protesti bit-tindif biex waqt li jxerrdu l-messaġġ favur l-ambjent, jgħinuh ukoll. Fil-179 tindifa tagħhom fi Triq il-Panorama, Għar Lapsi, li damet sagħtejn, inġabru 3 boroż tal-iskart domestiku u tal-kostruzzjoni, tubu tat- tyre kbir, tyre żgħir, ħadid u parts ta' karozzi fost oħrajn.
Il-grupp tkellem dwar il-fliexken tal-ħġieġ li sabu, li kienu alternattiva ferm aħjar minn dawk tal-plastic li nixorbu minnhom issa. “Ħasra li minn dan l-aspett morna lura flok il-quddiem. Dawn il-fliexken kienu qalb kull elementi u għadhom b' saħħithom sal-lum” kitbu.