Ilbieraħ kienet ġurnata żgur speċjali għas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti minħabba l-fatt li l-għażiża ommu ċċelebrat għeluq sninha.
L-eks Sindku tal-Pieta' ħalla messaġġ sabiex jawgura lil ommu f'dan il-jum filwaqt li qasam ritratt magħha f'din il-ġurnata mill-aqwa. Azzopardi Tanti kiteb, "Awguri Ma f’għeluq żmienek. Grazzi dejjem tal-appoġġ tiegħek."
Aħna f'isem Gwida.mt, nieħdu ċ-ċans sabiex nawgurawlha l-isbaħ xewqat għas-sena li ġejja. Nawgurawlha li jkollha sena mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbha, flimkien ma' saħħa, hena u paċi.
Nittamaw li kellek jum mimli b'ħafna mħabba ma' dawk l-aktar għeżież għalik u għall-familja tiegħek. Awguri Joanne.
Facebook / Keith Azzopardi Tanti