Il-Membru Parlamentari Robert Cutajar jawgura lill-għażiża ommu f'jum għeluq sninha. Hu jaqsam ritratt magħha u jiktbilha messaġġ ħelu, "Awguri Ma f’għeluq sninek…grazzi għall-imħabba inkondizzjonata li ta’ kuljum turi magħna u ma’ wliedna."
Ġurnata bħal din żgur li tfakkar l-imħabba u r-rispett lejn l-omm, kif ukoll wieħed ikollu ċ-ċans li juri l-importanza tagħha fil-ħajja tiegħek. Aħna f'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha ġurnata mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbha. Nittamaw li jkollha sena mimlija saħħa, hena u kuntentizza.
Facebook / Robert Cutajar