Illum tiċċelebra għeluq sninha n-neputija tal-attriċi u preżentatriċi Eileen Montesin, il-bravissima Nina.
"Awguri kbira lin-neputija sabiħa tiegħi Nina, li llum tagħlaq 11-il sena," kitbet Montesin fuq il-mezzi soċjali.
Lil Nina sikwit konna narawha tippreżenta l-programm Family Affair flimkien ma' ommha Christine Haber u n-nanniet tagħha l-bravissimi Eileen Montesin u Mark Haber, fost oħrajn, fejn dejjem iżommu kumpanija mill-isbaħ lill-udjenza.
Tistgħu anke tidħlu hawnhekk biex issegwu filmat li qasmet l-attriċi f'dan il-jum speċjali b'diversi memorji mill-isbaħ tagħha flimkien man-neputija Nina.
Awguri, Nina!
Ritratti: Facebook / Eileen Montesin