Il-Membru Parlamentari Jean Claude Micallef li ħafna jiftakruh ukoll fuq it-televiżjoni bħala preżentatur illum kellu dedika speċjali fuq il-paġna tiegħu. It-tfajla tiegħu Antonella Mizzi tiċċelebra għelqu sninha.

Jean Claude qasam ritratti tagħhom flimkien filwaqt li awguralha u sejħilha l-isbaħ mara f'ħajtu. Kienu bosta l-kummenti li awguraw lil Antonella l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali u ma naqsux ukoll il-likes mingħand is-segwaċi ta' Jean Claude.

Aħna f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha ġurnata kif tixtieq qalbha.

Facebook / Antonella Mizzi


Emil Calleja Bayliss