Illum huwa għeluq snin Fr. Paul Chetcuti, li hu magħruf l-aktar għall-opportunità li ġietu biex imur jgħin lil Madre Tereża ġewwa Kalkutta. 

Hu għex ma’ Madre Tereża għal ħames xhur u ħadem fid-djar ta’ Madre Tereża mmexxija mill-Missjunarji tal-Karità u fid-Dar Omm tas-Sorijiet. Apparti minn dan, hu ilu madwar 40 sena li daħal Ġiżwita. 

Tul dawn is-snin, għamel diversi xogħolijiet - ħadem fil-kulleġġ San Alwiġi mal-istudenti, kien direttur spiritwali u kien ukoll delegat tal-Arċisqof fid-Djoċesi. Bħalissa qiegħed jikkoordina il-ħdima pastorali fl-iskejjel tal-Knisja. 

Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Fr. Paul f’għeluq sninu u nittamaw li ċċelebra din il-ġurnata tant speċjali bil-mod kif xtaq hu. Alla jbierkek Fr. Paul!

Facebook/Paul Chetcuti/Jien Int


Nicole Barbara