L-attur lokali Aaron Fenech kiteb kelmtejn sbieħ ta’ mħabba ddedikati lill-imħabba ta’ ħajtu Sindel Bonnici hekk kif illum qed jiċċelebraw l-anniversarju tagħhom.
Hu kitbilha mill-qalb, “Awguri fl-anniversarju lill-mara li serqitli qalbi u tkompli żżewwaqli ħajti bil-ferħ. Irnexxielna nibnu familja sabiħa flimkien. Grazzi tal-appoġġ kontinwu tiegħek, talli tifhimni, u fuq kollox grazzi għall-imħabba. Inħobbok iżjed milli l-kliem waħedhom jistgħu jispjegaw.”
Ippubblika wkoll ritratt gustuż tagħhom mgħannqin flimkien bi tbissima kbira fuq fommhom li turi biċ-ċar l-imħabba ġenwina ta’ bejniethom.
Nawgurawlhom f’din il-ġurnata speċjali fejn qed jiċċelebraw l-anniversarju tagħhom! Nixtiqulhom iktar snin ta’ mħabba u hena flimkien! Awguri mill-qalb!
Facebook / Aaron Fenech