L-attur u preżentatur Malti Indri Attard qasam messaġġ ta' awguri minn qalbu lill-għażiża ommu f'għeluq sninha.
Indri jawguralha u jiktbilha, "Awguri f'għeluq sninha lill-għażiża ommi. Il-Bambin iberikha." Kemm hi xi ħaġa mill-isbaħ li huma u jikbru l-ġenituri tagħna nibqgħu nuruhom l-apprezzament li jixirqilhom għal dak kollu li jkunu għamlu magħna f'kull pass ta' ħajjitna. Huwa sabiħ li napprezzaw kull sena li ngawduhom.
Nittamaw li din il-persuna speċjali f'ħajjet Indri jkollha ġurnata mill-isbaħ imdawra bin-nies l-aktar għeżież għaliha. Awguri għal iktar snin ta' saħħa u affarijiet sbieħ għażiża!