Ray Falzon, jawgura lil martu Krista l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha! F'dan il-jum għażiż hu jiktbilha messaġġ biex jawguralha f'dan il-jum speċjali. Lil Ray u lil Krista nafuhom it-tnejn li huma fuq l-istazzjon ONE fejn tul is-snin rajniehom fi rwoli differenti.

Infatti f'dan il-jum għażiż Ray jikteb, "Awguri f’għeluq sninek u grazzi li dejjem kont ta’ sapport għalija, speċjalment f’dawn l-aħħar xhur, ibqa' dejjem kif int umli u persuna ta’ prinċipju."

F'isem it-tim ta' Gwida, nawguraw lil Krista l-isbaħ xewqat. Nittamaw li jkollha jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbha. Nawgurawlha sena mimlija saħħa, hena u kuntentizza. Awguri mill-qalb Krista!


Emil Calleja Bayliss