“Awguri F’Għeluq Id-29 Sena Lil Oħti” – Is-Sindku Tal-Mellieħa Gabriel Micallef Lill-Għażiża Oħtu L-Attriċi Svetlana Micallef

Illum tiċċelebra għeluq sninha l-attriċi lokali Svetlana Micallef. Ħuha, is-sindku tal-Mellieħa Gabriel Micallef jawguralha l-isbaħ xewqat u jikteb, “Nawguralek ferħ bla tmiem illum u dejjem. Dejjem għandek post speċjali f’qalbi, u nistmawk u napprezzak minn qalbi.”

Hi għalaqet 29 sena llum. Dan il-messaġġ laqat lil bosta segwaċi, li esprimew is-sentimenti tagħhom u faħħru t-talent u d-dedikazzjoni ta’ Svetlana fid-dinja tat-teatru u l-arti. Svetlana Micallef hija attriċi pjuttost ġdida fuq it-televiżjoni iżda bilmod qed tħalli l-marka tagħha.

Hi magħrufa għall-passjoni tagħha u għall-mod kif tirnexxilha tagħti l-ħajja lill-karattri, b’ħila u emozzjoni. Il-messaġġ ta’ ħuha Gabriel juri kemm hi persuna maħbuba mhux biss mis-segwaċi tagħha, imma wkoll minn dawk l-aktar qribha.

Minn qalbna, nawguraw lil Svetlana ħafna snin oħra mimlija suċċessi u ferħ!





Facebook / Svetlana Micallef



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI