Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm minħabba kontaminazzjoni mikrobijoloġika li affettwat il-kwalità tal-ilma baħar u qed tippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema, kif indikat:

Malta – Balluta (Madwar il-klabb tal-Waterpolo),  Sliema (Kodiċi tas-Sit B 08).

Ritratt: Facebook/ Panorama 360

Ir-ritratt t'hawn taħt juri ż-żona li qed jirreferu għaliha fid-dettall.

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-08:00 ta' filgħodu sas-14:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook.

hg

DOI/ 2022 Google


Gwida.mt