Din mhux ċajta jew satira iżda verità! Qed jiġi reklamat li l-programm 'Min Imissu' tista' tarah online billi tħallas xi ħaġa fuq sit internazzjonali. Din mhi xejn għajr gidba u scam.

Dan is-sit qed jistaqsi lill-utenti sabiex jagħtu d-dettalji tal-visa jew kont bankarju. Din mhi xejn għajr scam li jekk tkun vittma tagħha taf tispiċċa misruq.

L-unika mezz li tista' tara dan il-programm hu billi tkun membru mal-operatur ta' GO u tarah fuq GO movies. Il-kumpanija Take 2 tagħmilha ċara li m'hemm l-ebda konnessjoni bejnhom u bejn dan is-sit u qed jipprovaw jieħu l-miżuri kollha sabiex dan l-iscam jieqaf.

Jekk jogħġbok agħfas 'share' ta' dan l-artiklu sabiex ħadd ma jkun vittma ta' scam fuq dan is-sit malizzjuż.


Anthony Baldacchino