Il-paġna uffiċjali ta’ Facebook tal-Majjistar Nature and History Park illum qasmet bosta punti mas-segwaċi tagħa fuq id-dmir li għandu dak li jmur iqatta xi ftit ħin il-baħar. “dejjem assiguraw li l-kastelli tar-ramel u l-ħofor li tkunu għamiltu jiġu mwaqqa’ jew timlewhom. Dawn huma ta’ periklu għan-nies li jimxu matul il-bajja, u minħabba li issa f’Ġunju jaf ikun hemm il-fkieren, ma rridux li dawn jeħlu. Dawn il-kreaturi ma jafux kif joħorġu minn ġol-ħofor.”
“Ħallu kollox fl-istat li ħadd ma jinduna li qatt ġie xi ħadd” żiedet billi tgħid din il-paġna. F’każ li xi ħadd isib xi fekruna li tinstab f’xi diffikultà, dak li jkun għandu jikkuntattja lil Wildlife Rescue Team Malta.