Permezz ta’ ktiba umoristika fuq il-paġna tagħhom fuq il-mezzi soċjali, il-paġna kuncettumarinton li jħobbu jikkoreġu dawk li jkollhom żbalji tal-ortogrfija, riċentament ikkoreġew lil Sarah Grech, omm Maltija li fuq il-profil tagħha fuq Instagram tiġi segwita minn aktar minn ħmistax il-elf persuna!

“F'dan il-każ sibna xi ftit żbalji fil-frażi li kitbet u ridna nirranġawhom. Il-verb 'tagħmel' dejjem jimxi fuq 'tirkeb' u l-R tieħu post l-GĦ - mela niktbu 'tagħmillek' għax 'tirkiblek'”, żiedu jgħidu meta bdew jikkoreġu l-iżbalji tagħha. Komplew billi qalu “"Imbagħad" qed naħsbu li nkitbet ta' malajr, mhux għax ma tafx. Imma għal min ma jafx, imbagħad tinkiteb hekk.”

Temmew l-ktiba tagħhom billi qalu “kun imbierka Sarah, int u dik iċ-ċkejkna li għandek, nieħdu gost insegwu l-ħajja mlewna tagħkom.”


Charlton Cefai