Audrey Schembri, kantanta li minkejja li għadha ċkejkna, rebħet bosta kompetizzjonijiet madwar id-dinja, issa żvelat li rebħet il-kompetizzjoni ta’ La Voix Studios bħala r-rebbieħa tal-Grand Prix.

Hi kitbet, “X’mod sabiħ biex nagħlaq il-kompetizzjonijiet tas-sajf tiegħi! Jien r-rebbieħa tal-Grand Prix fil-kompetizzjoni tal-aħħar tas-sajf ta’ La Voix Studios. Jien ukoll ġejt fl-ewwel post biż-żewġ diski l-oħrajn tiegħi.”

Hi kompliet, “Nixtieq nirringrazzja lil Gillian Attard talli dejjem emmnet fija u spiratni biex nibqa’ nagħmel l-aħjar li nista’. Grazzi wkoll lill-coaches tal-vuċi tiegħi Gianella Mazzola, Egle V Lape u Maria Luana għall-appoġġ u d-dedikazzjoni tagħhom.”

Hi rringrazzjat ukoll lill-ġurija Richard Aquilina, Cherylis, u Marie Claire Cappello.

Prosit immens Audrey!

Facebook / Audrey Schembri


Gabriella Borg