Fis-sajf tal-2020, GOD’S SOLDIERS kienet l-ewwel produzzjoni drammatika ewlenija li nġibdet u tlestiet f'Malta wara l-ewwel mewġa tal-pandemija tal-Covid-19.
Fil-fatt f'din il-produzzjoni kien hemm kast b'atturi Maltin magħrufa minnkom ilkoll. Fosthom kien hemm Rudy Emanuel Catania (Hasan), Davide Tucci (Raymonde), Rebecca Dimech (l-armla Maltija), Bryan Manning (Dervish), Sinclair Mifsud (Ġwann), Mikhail Basmadjian (Gran Mastru), Mohamad Bader (Mustafa Pasha) Henry Zammit Cordina (Il-pirjol tal-ordni), Zach Colerio (Hasan meta kien iżgħar) u Peppe Aquilina (Raymonde meta kien iżgħar).
Fl-2021, l-ispeċjalista tal-istorja bbażat fir-Renju Unit u f’Malta Urban Canyons u s-sieħeb tal-produzzjoni Malti Parker Films preżentaw GOD’S SOLDIERS - SIEGE OF MALTA, dokumentarju kbir drammatiku ta’ storja dwar il-Gwerra reliġjuża tas-Seklu 16 fil-Mediterran.
Il-ko-produtturi kienu l-kanal Franċiż-Ġermaniż Arte, ix-xandar pubbliku Ġermaniż ZDF, u x-xandar tal-istat Awstrijak ORF. GOD’S SOLDIERS kien appoġġjat b'għotjiet finanzjarji mill-Malta Film Commission u fondi tal-UE mill-MEDIA Creative Europe.
Il-kast kien taħt id-direzzjoni tal-Grieg Konstantinos Koutsoliotas u mill-produttur Amerikana Elizabeth E. Schuch. Fost storiċi ewlenin Torok, Ingliżi u Ġermaniżi fil-film hemm ukoll Liam Gauci (Mużew Marittimu ta’ Malta) u Joan Abela (Università ta’ Malta, Arkivji Nutarili). Il-produttur Eżekuttiv u l-Kittieb huwa Sebastian Peiter (Urban Canyons) il-Produttur Eżekuttiv.
Id-distribuzzjoni tal-produzzjoni hi f'idejn Urban Canyons (Malta). S'issa nbiegħ lil Rai (l-Italja), Viasat World (Skandinavja, Ewropa tal-Lvant, Asja Ċentrali), Ceska TV (Repubblika Ċeka), u SRF (Svizzera). Hemm ħsieb li se jkompli jagħmel ħoss f'pajjiżi oħra.
Propju fl-anniversarju mid-data meta seħħ l-ewwel attakk mill-imperu Ottoman waqt l-Assedju l-Kbir lura fl-1565, GOD'S SOLDIERS ser ikun qed jintwera llejla fuq TVM wara l-aħbarijiet.