Fuq il-paġna uffiċjali tal-produzzjoni popolari u maħbuba Klassi Għalina, inkiteb messaġġ għal wieħed mill-atturi u karattri favoriti u li baqa' jissemma. Illum, fit-tieni jum tas-sena, jagħlaq sninu Manwel Cucciardi, li jinterpreta l-karattur ta' Teddy Lagana. Apparti l-messaġġ tefgħu diversi ritratti meħudin minn wirjiet li kellu waqt Klassi Għalina.
"Nibdew is-sena bl-ewwel post tagħna! Illum 2 ta' Jannar huwa l-Birthday ta' ħadd ħlief Manwel Cucciardi! (aka TEDDY LAGANA) Attur u karattru ferrieħi, simpatiku u uniku! Mingħand it-tim kollu. Awguri Manwel! Eh din veru! Stennew aħbarijiet ġodda dalwaqt!"
It-tim ta' Gwida.mt jawgura lil Manwel l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu!