L-attur Ray Abdilla llum qed jiċċelebra għeluq sninu. Nistgħu ngħidu li Malta kollha tafu! Bravissimu, preċiż f'xogħlu, ċajtier, saqajh mal-art... u jista' jinbidel f'raġel serju mmens li jġiblek seduzzjoni.

Qed nirreferi għad-diversi rwoli li kellu fil-karriera tiegħu tal-palk u d-drama. Żgur tiftakruh f'Ipokriti b'dak il-wiċċ imqit li minkejja dan, bosta kienu jiffanzjawh. Kien ħelu, u għadu! Imma mhux fid-dehra biss, iżjed minn kollox fil-qalb. Min kellu x-xorti jaħdem ma' Ray mill-viċin, jaf biżżejjed li dan huwa minnu.

Ritratt: Facebook/ Ray Abdilla

Ray apparti kollox, ġieli kellu l-irwol ta' direttur anke fi musicals lokali fejn jimxi b'mod professjonali għall-aħħar fejn l-artisti, apparti li jagħmlu xogħolhom, jieħdu gost ukoll.

Awguri Ray, ibqa' kif int!

Ritratt: Facebook/ Ray Abdilla


Clifford Galea