Il-programm Min Imissu? ħa jkun qed jirritorna fl-iskeda li ġejja. Huma kkonfermaw dan permezz tal-paġna tagħhom aktar kmieni din il-ġimgħa. Iżda aħbar li forsi ħafna ma jafux hi li waħda mill-atturi ta' dan il-programm popolari mhux ħa tkun qed tirritorna għall-iskeda li jmiss minħabba impenji personali.

Qed nitkellmu fuq ħadd ħlief l-attriċi popolari Lara Azzopardi li fl-aħħar sensiela ta' Min Imissu? kienet tagħmel diversi partijiet iżda żgur li l-aktar karattru popolari kien dak ta' Candice li kienet tippreżenta l-programm flimkien ma' Colon.

Lara żvelat dan waqt il-programm Tonight ippreżentat minn Brandon Terribile fuq ONE TV kull nhar ta' Erbgħa fid-21:00 ta' filgħaxija. Lara qalet li kellha tieħu din id-deċiżjoni kontra qalbha iżda minħabba impenji oħra kellha tħalli l-familja ta' Min Imissu? għal din l-iskeda.

Min jaf jekk narawhiex aktar 'il quddiem? Nafu żgur li ħa nimmissjaw il-karattru interessanti li dejjem kien ikollha fuq dan il-programm.

Facebook / Min Imissu?


Emil Calleja Bayliss