Mhix l-ewwel darba li smajna b’artisti ċelebri internazzjonali li libsu ħwejjeġ mid-ditta Maltija Charles & Ron. Però din id-darba mhux biss id-ditta tagħhom kompliet tiġi rikonoxxuta, iżda  ntlibset minn attriċi li kienet fil-film ‘Star Wars: The Force Awakens’.

Din l-attriċi Brittanika hi Maisie Richardson-Sellers li fil-film ta’ Star Wars kienet ħadmet il-parti tal-karattru Korr Sella. L-attriċi ddeċidiet li tilbes libsa ta’ Charles & Ron għal photoshoot għal Flaunt Magazine. Riċentament, ħadmet parti wkoll fil-film ta’ Netflix ‘The Kissing Booth 2’.

Għal darb’oħra ninsabu kburin bis-suċċess kontinwu ta’ Charles u Ron. Awguri!

Facebook/Chalres & Ron


Nicole Barbara