Fuq il-paġna ta’ Facebook tad-Dipartiment tal-Informazzjoni ta’ Malta ġie mxandar l-avveniment ta’ Festa Ħut li se jirritorna fiż-Żurrieq nhar il-Ħadd li ġej, 29 ta’ Mejju, għas-seba’ edizzjoni, wara s-suċċess kbir li kiseb f’dawn l-aħħar snin.
L-avveniment, li jġib it-titlu “Mill-Baħar Iżraq Ħadt Ismi,” huwa maħsub għall-familja kollha, b’għadd ta’ attivitajiet għat-tfal, mużika folklor u b’atmosfera li tixhed it-tradizzjoni Maltija. Barra minn hekk, naturalment, hawnhekk wieħed ser ikun jista’ jixtri ħut frisk u jduq uħud mill-aqwa riċetti Maltin tal-ħut.
Waħda mill-attrazzjonijiet turistiċi fiż-Żurrieq, li hija l-Mitħna tax-Xarolla, dakinhar ser tkun miftuħa għall-pubbliku. “Festa Ħut” se tkun organizzata madwar Triq il-Kbira, Misraħ Repubblika u Triq Pietru Pawl Saydon għas-sigħat ta’ bejn it-8.00 a.m u s-2.00 p.m.