Ilbieraħ saret l-ewwel attività minn sensiela ta’ inizjattivi li qed ifakkru l-ġimgħa internazzjonali kontra l-ittrafikar tal-bnedmin. L-attivita li saret ġewwa Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa, l-Gżira saret bil-għan li tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra it-traffikar tal-umani.

Malta qed tagħmel il-parti tagħha f’din il-kampanja organizzata mill-Ġnus Magħquda sabiex f’pajjiżna jkun hawn aktar għarfien dwar xi jfisser it-traffikar tal-bnedmin u x’jista jsir biex nipprevjenu aktar dan ir-reat.

Id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem spjega kif il-messaġġ ewlieni tal-kampanja Blue Heart hi biex jgħaddi messaġġ b’saħħtu li ma nistgħux inkunu passivi quddiem din l-isfida. Hemm bżonn li niffaċċjaw din l-isfida delikata flimkien. Gvernijiet, soċjetà ċivili, settur privat. Kull wieħed u waħda minna, f’kull pajjiż u f’kull kontinent għandu sehem x’jagħti.

Din l-attività hija waħda minn fost tnejn li hemm ippjanati mis-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza . It-tieni waħda ser tkun qed issir ġewwa l-Pjazza ta’ Buġibba nhar il-Ħamis 28 ta’ Lulju mis-19:00 'l quddiem.


Gwida.mt