L-Identità Malta ħarġet twissija dwar telefonati suspetużi li qed jiġu rapportati. L-iscammers qed jippersonaw awtoritajiet u jistiednu lil persuni biex jaqsmu dettalji sensittivi, bħal informazzjoni dwar il-Passaport u l-Karta tal-Identità. Huwa importanti li wieħed jiftakar li l-awtoritajiet legittimi qatt ma jitolbu informazzjoni sensittiva minn fuq it-telephone.
Biex tkun sigur, segwi dawn il-passi:
- Qatt m’għandek taqsam informazzjoni personali fuq it-telephone.
- Agħlaq il-linja immedjatament jekk tintalab dettalji dwar il-Karta tal-Identità jew il-Passaport.
- Rrapporta kull telefonata suspettuża lill-awtoritajiet.
Ipprroteġi lilek innifsek u xerred din l-informazzjoni biex kulħadd ikun sigur!
Facebook /Identità Malta