Madwar xahrejn ilu, il-Bank Ċentrali ta' Malta ħarġu stqarrija biex dak li jkun joqgħod attent minn telefonati li qed jidħlu fuq Viber. It-telefonata tidher li dieħla mill-Bank Ċentrali ta' Malta, iżda fil-fatt din tkun dieħla minn barra l-pajjiż. Aktar l-iskop warajha hu li jiffrodawk.
Huwa importanti mmens li jekk twieġbu dawn it-telefonati, qatt ma tagħtuhom informazzjoni personali tagħkom jew dettalji tal-kontijiet tal-bank eċċ... Il-Bank Ċentrali ta' Malta kien qalu, "Il-profil ta’ min iċempel jidher bħala l-‘Bank Ċentrali ta’ Malta’ u jinkludi anke ritratt tal-bini tal-Bank - anke jekk in-numru mhu marbut xejn mal-Bank Ċentrali ta' Malta, jista’ ma jidher, jew jista’ jkun numru barrani."
Huma jkomplu jispjegaw li min qed jirċievi t-telefonata jkollu bżonn jipprovdi numru tal-kont jew informazzjoni personali oħra sabiex tissolva xi problema - b’mod partikolari marbuta ma’ theddida li timblokka l-karti tal-kreditu.
Huma jkomplu jgħidu, "Jekk jogħġbok innota li l-Bank Ċentrali ta' Malta mhuwiex bank kummerċjali u ma joffrix kontijiet bankarji jew karti ta' kreditu lill-pubbliku. Fil-ftit każijiet li għandu bżonn jikkuntattja membru tal-pubbliku, tintuża posta elettronika mill-email tal-Bank jew korrispondenza bil-miktub. Madankollu, il-pubbliku għandu jkun attent u qatt ma għandu jiżvela informazzjoni dwar il-kontijiet jew in-numri PIN tiegħu lil xi ħadd permezz tat-telefon."
Ħudu ħsieb għax waslulna diversi rapporti li dawn it-telefonati reġgħu bdew iseħħu!