Hemm idea żbaljata ta' Co-Vid19 tgħidilna t-tabiba Dr. Georgiana! Mhux veru li biex wieħed ikun qed iġorr il-virus ikollu sempliċi ta' riħ. Hemm aktar sintomi li wieħed iħoss biex jinduna li għandu l-virus. 

Evidenza turi li ċertu pazjenti jistgħu lanqas ikollhom deni! Filfatt ikollhom sintomi żgħar ħafna bħal uġiegħ fil-griżmejn, bidla fit-tonalità, nuqqas ta' togħma u xamm jew inkella anke imnieħer iqattar (Runny Nose). 

Dawn ikunu sintomi tal-bidu, iżda imbagħad jeskalaw għall-sintomi agħar bħal nuqqas ta' nifs u deni. Ftakar li ma hemmx għalfejn li jkollok id-deni sabiex tittrasmetti l-virus lil ħaddieħor.

Jekk tkun qed tbati minn dawn is-sintomi jaqbillek tagħraf lit-tabib tiegħek. Jew ċempel 111 sabiex jgħinuk iżjed.  

Pexels.com 


Anthony Baldacchino