Amber Hill, li hija waħda mill-aqwa atleti tal-isparar, irriżultat fil-pożittiv għall-Covid-19 u minħabba f’hekk kellha tirtira mill-Olimpjadi.

Hill kienet finalista fl-Olimpjadi li saru fl-2016 ġewwa Rio fil-Brażil u kellha ċans kbir sabiex terbaħ midalja tal-Olimpjadi f’din l-edizzjoni.

“Wara ħames snin ta’ taħriġ u preparazzjoni, b’weġgħa ngħid li lbieraħ filgħaxija rċevejt test posittiv tal-Covid-19, u b’hekk kelli nirtira mit-tim tal-isparar tal-Gran Brittanja” qalet Amber Hill.


Henzley  Bezzina