Ġewwa l-Asja t'Isfel waqt li tħabbar ir-riżultat tal-mudella li rebħet it-titlu tal-kompetizzjoni tal-immudellar, l-istess rebbieħa ġiet agredita minn "Mrs. Sri Lanka 2019". 

Fuq il-paġna Malta Diżastru Totali nxtered każ li tħabbar anke fuq BBC, fejn ir-rebbieħa ta “Mrs Sri Lanka” ġarrbet ġrieħi f’rasha wara ġlieda li nqalgħet fuq il-palk, meta r-rebbieħa tal-2019 ħatfitilha l-kuruna u bdiet issostni li ma tistax tingħata dan it-titlu għax hija mara ddivorzjata. Skontha kien hemm ksur tar-regoli.

It-tim ta' Mrs World Organisartion għaddej b'aktar investigazzjonijiet. Huwa tad-dwejjaq u inkwetanti li jgħaddi ż-żmien u jibqa' jkun hawn dawn it-tip ta' nies li jkunu lesti jżebilħu lil ħaddieħor b'dan il-mod.

fd

Ritratt: BBC/ AFP


Kyle Zarb