Bħas-soltu Joe Julian Farrugia ddeċieda li jpoġġielna tbissima fuq wiċċna billi jirrakkonta oħra minn tiegħu!
Ġrajja (ma nafux fil-fatt ġratx vera) li għandha laqta' umoristika li titratta fuq "ħwejjeġ kbar". "Mela darba mort nixtri qmis… tal-ħanut qalli 'M’għandix is-size tiegħek... int tilbes ħwejjeġ kbar' Ħassejtni nsultat u tlaqt ‘il barra". L-istess ġara meta mar f'ħanut ieħor u anke meta mar il-Knisja!
"Iddeċidejt li minflok nixtri qalziet minn ħanut ieħor... tal-ħanut qalli 'M’għandix is-size tiegħek... int tilbes ħwejjeġ kbar'.Ħassejtni nsultat u tlaqt ‘il barra. Iddeċidejt li nidħol il-knisja... hemm żgur ħadd ma jinsultani. Kif poġġejt, qabeż il-qassis: 'Is-Setgħani għamel miegħek ħwejjeġ kbar'. Qtajt qalbi..."
Tajba Joe - dejjem int toħroġ bihom!