Il-Membru Parlamentari Alex Borg kiteb dwar ġest mill-isbaħ li esperjenza llum, hekk kif artist lokali, Samuel Scicluna, rregalah b'disinn tal-għażiż missieru, li tant jgħożż il-memorja tiegħu. Dan id-disinn ċertament li japprezzah immens hekk kif qed jerġa' jara dik il-ħarsa tiegħu.
"Meta rajt ix-xbieha tiegħu, mimlija dettall u emozzjoni, ħassejt bħal donnu missieri kien qed iħares lejja mill-ġdid. L-arti għandha l-qawwa li ġġibna eqreb lejn dawk li nħobbu, anke wara li jkunu telqu. Dan l-artist ma ħoloqx sempliċiment ritratt; ħoloq emozzjoni, ħoloq tifkira li se tibqa’ tgħix magħna."
Jirringrazzjah għal dan il-ġest, u kif isejjaħlu tajjeb hu, "ir-rigal li ma jitkejjilx." Alex japprezza kemm it-talent artistiku lokali hu qawwi tant li jolqot lill-persuna. "Għal dawk li għandhom lil xi ħadd li jħobbu li m'għadux magħna, infakkarkom li dawn il-mumenti żgħar jistgħu jagħtuna ftit mill-paċi u l-kumdità li nkunu neħtieġu. Grazzi mill-ġdid lil kull min, permezz tat-talent tiegħu, iressaqna eqreb lejn dak li hu verament importanti – il-familja, il-memorji u l-imħabba."
Prosit Samuel! Insellmu l-memorja ta' missier Alex.
Facebook/ Alex Borg