Fuq il-paġna Malta University Historical Society ġiet ippubblikata post li tgħid dwar il-fatt li dan il-luzzu tar-ritratti, mistenni jinqered. Luzzu bi storja twila warajh, ta’ oriġini Sqalli, u wirt uniku Malti.
Huma jiktbu, “Ġejna infurmati li se jinqered permezz ta’ bulldozer illum jew għada, peress li s-sidien ma jridux jirrestawrawh. Hi ħasra kbira li wirt uniku Malti bħal dan ma jiġix ippreservat għall-ġenerazzjonijiet futuri biex jammirawh.”
Il-paġna tgħid li kkonsultat anke lill-kuratur mill-Malta Maritime Museum, Liam Gauci. “Inħeġġu ħafna lil kull individwu jew organizzazzjoni oħra li jistgħu jgħinu fil-preservazzjoni ta’ din id-dgħajsa biex isemmgħu leħinhom. Nirringrazzjaw lis-Sur Gauci u lit-tim tiegħu għall-għarfien tagħhom dwar din il-kwistjoni.”
X’taħseb dwar dan?