Jekk wieħed jieħu l-kuntest tal-istorja u ż-żmien li kienu qed jgħixu fih, wieħed malajr jasal għal konklużjoni għala Arturo jinsab kontra l-fatt li l-kuġina tiżżewweġ. Fuq il-profil tiegħu, l-attur Henry Zammit Cordina kiteb stqarrija interessanti għas-segwaċi kollha.

Ritratt: Reno Rapa - Facebook / L-Għarusa

"Dak iż-żmien, l-aristokratiċi Maltin iktar kellhom simpatija lejn l-Italja u politikament kienu favur Mussolini – għalkemm ma jfissirx li kienu Faxxisti. Naturalment, l-Ingliżi ma kinux jieħdu pjacir b'din is-sitwazzjoni (u fil-fatt, meta faqqgħet il-gwerra, ħafna simpatizzanti Taljani kienu ġew internati)."

Allura dan kollu kif jidħol f'dan il-kuntest? Huma jispjegaw li: "Kienet tkun disfatta għal Arturo li kieku sħabu tal-alta soċjetà, ikunu jafu li xi ħadd konness b'xi mod mal-Familja Gauci Fontana jkun kontra Mussolini. Fl-istess ħin ried joqgħod attent mill-Ingliżi u l-klima politika ta' dak iż-żmien."

X'ħa jiġri fl-episodji li ġejjien... ħa tgħaddi ta' Arturo jew tasal sabiex tisfidah?


Emil Calleja Bayliss