Kulħadd jaf dwar Pokémon, organiżmi kollezzjonarji eponimi li evolvew u abitaw fid-Dinja fittizja ta’ Pokémon b'konnessjoni intrinsika ma' poteri sopranaturali bbażati fuq elementi. Dawn saru popolari minn videogames, anime u logħob tal-karti. Raphael Borg, artist lokali, iddeċieda li joħloq Pokémon Malti u l-proċess huwa mill-iktar kreattic. Huwa tkellem magħna esklussivament:

L-origini tar-razez eżistenti tal-Pokémon huma marbuta kulturalment mal-pajjiz fuq liema ir-regjun kurrenti hi bbazata l-logħba li qegħdin fihom. Dan hu l-aktar evidenti fl-aħħar tlett ġenerazzjonijiet, fejn il-logħbiet ġew ibbażati fuq l-Amerika, Franza, il-Hawaii u l-Ingilterra. Għalhekk jien ħsibt, illi kieku dawn il-ħlejjaq għandom jeżistu f’Malta, kif jidhru? X’razez jistgħu jitqiesu indiġeni? Ladarba dawn il-ħlejjaq jgħallmu anke fuq il-kultura tal-post mnejn ġejjin, jistgħu dawk indiġeni jsiru bl-istess mod?”

p

“Normalment dejjem ikun hemm bażi ta’ idea u tibda tinbena fi storja u nikkombinahom ma' xi ħaga ta’ sinifikat kulturali jew storiku Malti. Tipo ghall-għasfur tar-reġjun, il-linja ta' Claydet, kelli l-idea tal-“clay pigeons” – isem ieħor għall-plattini li jintużaw fl-isport tal-isparar. Imbagħad peress li jien mhux daqsekk favur tal-kaċċa ħsibt kieku l-għasafar iniedu mezz biex jiġġieldu għalihom infushom, kif jidhru? Għalekk kkombinajtom ma’ Suldati Ingliżi . Eżempju iehor hu l-ewwel fil-lista, iż-żghiru Pipitot, ibbażat fuq l-ewwel Human Cannonball li mwieled Malta, Ildebrando Zacchini, u pipistrell qed jitgħallem itir billi flok ġwienaħ juża l-weraq li isib. Miegħu biex isir it-tip tal-ħaxix żidt miegħu appuntu ħaxix popolari f’Malta, il-basal u t-tewm. L-ewwel inpenġihom b’idi u imbagħad nbiddilhom diġitali permezz ta’ graphics tablet bl-uzu tal-photoshop.”

pok

Raphael qed jippjana li jżid aktar minn dawn il-Pokémon u tista 'tara x-xogħol tiegħu fuq il-kont ta' l-instagram tiegħu @crowfakemons1

pokemon

Facebook/ Raphael Borg


Bernard Xuereb