Ulied il-kantant u preżentatur Janvil; Jade u Craig Roy tellgħu filmat fuq facebook fejn irrekordjaw lilhom infushom ikantaw il-cover version ta' Lewis Capadli: Bruises. Intonazzjoni mill-isbaħ u passjoni għall-mużika li ħarġet minn qalbhom.
Jade kitbet li din għamluha ta' bla ħsieb iżda b'dedikazzjoni għall-imħabba li għandhom għall-mużika flimkien mal-għażiż ħuha. Iż-żewġ kantanti jitħarrġu minn Glen Vella fil-VocalBooth Studios. Bravi tassew u komplu wettqu l-ħolm li għandkom b'dik l-innoċenza umli tagħkom!
Ritratt: Facebook/ Craig Roy Vella