Wara li l-eks mara tiegħu Amber Heard, akkużatu bi vjolenza domestika, Johnny Depp tneħħa minn żewġ franchises ta’ films li kellu l-aktar suċċess bihom f’dawn l-aħħar snin: Pirates of the Caribbean u Fantastic Beasts. Madankollu wara r-rebħa reċenti tiegħu f'kawża fil-qorti li fiha ħarrkaha għal malafama, huwa reġa' b'rwol ġdid fjamant, fejn se jinterpreta lir-Re ta' Franza Louis XV fid-drama storika, Jeanne Du Barry.
Fl-ewwel immaġini maħruġa mis-sett, Depp jista’ jidher fil-profil, b’għajnejh mgħottija, liebes parrokka bajda u kpiepel bir-rix li jixraq lil monarka tas-seklu 18.
B’kuntrast man-neputi u s-suċċessur tiegħu, Louis XVI, li kien imwaqqa’ u eventwalment giljotinat matul ir-Rivoluzzjoni Franċiża, Louis XV kien magħruf bħala l-‘maħbub’. Kien Re ta’ Franza għal kważi 60 sena, bit-tul tar-renju tiegħu jaqbeż lill-predeċessur tiegħu, Louis XIV. Huwa ġie kkritikat mill-istoriċi għall-gwerer diżastrużi u l-politiki ekonomiċi tiegħu, b'ħafna mill-kwistjonijiet li wirtu mill-werriet tiegħu jwasslu għar-Rivoluzzjoni.
Il-film se jkun disponibbli biex jixxandar fuq Netflix Franza wara l-ħruġ tiegħu fis-swali, li d-data tiegħu ma ġietx żvelata.