Il-kantanta żagħżugħa Nicole Hammett, ftit qabel il-Eurovision Song Contest ħarġet cover tal-kanzunetta Zero Gravity, kanzunetta li kienet ħa tkun qed tirrapreżenta lil Awstralja fil-Eurovision Song Contest. Il-kantanta ta' din il-kanzunetta kienet Kate Miller Heidke.
Jekk mhux qed tiftakru fuq min qed nitkellmu tistgħu taraw il-filmat hawn taħt imma barra minn hekk, jekk ngħidulkom dik il-kantanta li kienet qed titbandal minn naħa għall-oħra fl-arja mela, faċilment tiftakru min kienet jekk kontu segwejtu l-festival prestiġġjuż.
Il-kantanta tul il-karriera tagħha kienet nominata għal bosta awards u rebħet numru sabiħ minnhom ġewwa l-Awstralja. Nicole ħadet is-sorpriża ta' ħajjitha meta sabet kumment minn Kate Miller Heidke fuq il-cover tal-istess kanzunetta.
Omm Nicole rringrazzjat lil Kate Miller Heidke personalment fejn qaltilha li kumment mingħandha fejn qaltilha "Amazing" hu ta' unur kbir. It-talent ta' tfajla Maltija żgur li ħa jkompli jimpressjona kemm f'Malta u kemm barra minn xtutna.
Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Nicole aktar u aktar suċċessi!