Minn nhar l-Erbgħa li ġej fuq One Radio fit-20:30, se jibda programm ġdid bl-isem ta’ ‘Makjetti’. B’sorpriża għal kulħadd, flimkien ma’ David Muscat se jkunu qed jippreżentaw ukoll ir-rebbieħa tal-Malta’s Got Talent, Jomike u Lydon!

Il-makjetta tagħmel parti kbira mill-għana imma din b’differenza li tiġi miktuba qabel, tkun kantata fuq daqq iktar mgħaġġel u ferrieħi u dejjem tispiċċa b’ċajta jew tagħlima. Illum il-ġurnata, il-makjetta saret iktar immodernizzata iżda xorta jibqa’ l-kunċett tradizzjonali.

Jomike, Lydon u David se jkunu qed ikomplu jaġġornaw lill-poplu fuq il-makjetti u kif ikunu hemm idoqqu xi makjetta moderna kif ukoll antika. Fil-programmi ħa jkollhom ukoll makjesti mistednin biex jitkellmu magħhom u jagħtu l-opportunità lin-nies isaqsuhom xi mistoqsijiet.

Intom se tkunu qed issegwu l-programm ‘Makjetti’?


Shanice Ahar